Saturday, December 21, 2024

Bugħaddas jitlef ħajtu f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Awstrijak ta’ 53 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos fil-Bajja ta’ Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem, Għawdex. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. Fuq il-post marru l-Pulizija, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemmhekk sabu lill-bugħaddas fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu. Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika, iżda sfortunatament huwa tilef ħajtu ftit wara. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.  

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport