Raġel ta’ 59 sena u residenti l-Iklin jinsab f’kundizzjoni serja wara li aktar kmieni dalgħodu kien qiegħed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.
Kienu xi 9.00, xħin intalbet l-għajnuna hekk kif bugħaddas kien jinsab f’diffikultà u li kien ittella’ mill-baħar minn xi nies.
Huwa beda jingħata l-assistenza medika u ftit wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar Inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.