Friday, December 27, 2024

Bulgaru estradit lejn pajjiżu biex jiskonta sentenza ta’ ħabs b’rabta ma’ stupru

Aqra wkoll

Fil-jiem illi għaddew, ċittadin Bulgaru ta’ 47 sena ġie estradit minn Malta lejn il-Bulgarija sabiex iservi sentenza ta’ ħabs b’rabta ma’ stupru.

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ntqal kif wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, hekk kif sar magħruf li r-raġel qiegħed jgħix Malta, il-Bulgaru kien ġie arrestat mill-Pulizija Maltija f’Ħaż-Żabbar, fl-20 ta’ Novembru, 2022, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Bulgari.

Jum wara l-arrest tiegħu, ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Dr Leonard Caruana LL.D sabiex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni. Fl-14 ta’ Diċembru, il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech ordnat biex jintbagħat lura pajjiżu.

Ekonomija

Sport