Raġel ta’ 54 sena mill-Bulgarija ġie kkundannat sena u sitt xhur ħabs u mmultat €700 wara li fil-Qorti ammetta li ttraffika d-droga f’żona frekwentata miż-żgħażagħ.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukat Julian Scicluna mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Christian Xuereb u Nico Zarb spjegat li l-każ seħħ ftit tal-jiem ilu.
Ġie spjegat li l-imputat Kraddimir Todorov Dimitrov allegatament kellu fil-pussess tiegħu u ttraffika l-kokaina u li wettaq dan ir-reat f’distanza ta’ 100 metru fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ
Minbarra l-piena ta’ ħabs u l-multa, il-Maġistrat Lara Lanfranco ordnat li jiġu kkonfiskati l-€170 li nstabu fil-pussess tal-imputat u l-qerda tad-droga.