Friday, December 20, 2024

Bulgaru mixli li ta diversi daqqiet ta’ ponn lis-sieħba

Aqra wkoll

Bulgaru ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ta diversi daqqiet ta’ ponn lis-sieħba tiegħu, qabadha minn xagħarha u waddabha t-taraġ. Fil-Qorti, ħu l-imputat qal li l-vittma ġieli attakkatu minħabba li għandha l-vizzju tax-xorb u problemi ta’ saħħa mentali.

Il-mara kienet qalet li l-imputat ħebb għaliha u kkawżalha diversi grieħi wara li kellhom argument fir-residenza tagħhom. Ingħad li l-vittma rnexxielha taħrab u meta marret għall-kura f’wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa, it-tobba ċċertifikawha li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi. 

Id-Difiża spjegat li matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għadda, il-mara kisret it-tieqa tar-residenza tal-akkużat, daħlet fis-sakra u raqdet fuq sufan fil-garaxx. 

Dan ġie kkonfermat mill-Prosekuzzjoni, madanakollu xorta opponiet għal-libertà proviżorja. 

Il-Maġistrat Leonard Caruana ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Mirayah Borg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Colin Sheldon. L-Avukati Matthew Xuereb u Sandro Camilleri dehru għall-imputat. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport