Serge Gnabry u Kingsley Coman skorjaw goal kull wieħed hekk kif Bayern Munich għelbu lil Hertha Berlin 2-0 biex reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-Bundesliga, punt fuq Borussia Dortmund.
Id-daqqa ta’ ras ta’ Gnabry fid-69 minuta ratu jiftaħ l-iskor wara li rċieva pass għaqli mingħand Joshua Kimmich.
Kimmich ipprovda assist ieħor b’ballun mill-aqwa li bih Coman qabeż lill-goalkeeper ta’ Hertha, Manuel Riemann, 10 minuti wara.
Dortmund, li nhar il-Ġimgħa spiċċaw draw 1-1 kontra VfL Bochum li huma mhedda bir-relegazzjoni, issa jinsabu punt taħt il-leaders.
Anthony Losilla tefa’ lil VfL Bochum fil-vantaġġ wara ħames minuti b’Karim Adeyemi jikseb id-draw ftit wara għal Dortmund, li qed jissieltu biex jirbħu l-Bundesliga għall-ewwel darba mill-2012.
Meta għat-tmiem fadal erba’ logħbiet, Bayern għandhom 62 punt, Dortmund 61, Union Berlin u Freiburg 56 kull wieħed.