Fil-Bundesliga, Bayern Munich iwaqqgħu l-punti meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2 għand Freiburg.
Dan ifisser li jekk il-Ħadd, il-leaders Bayer Leverkusen jegħlbu lil Cologne barra minn darhom, jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti fuq l-istess Bayern.
Wara 10 minuti, Christian Gunter tefa’ lill-ospiti ta’ nofs il-klassifika fil-vantaġġ b’xutt minn 20 metru bogħod.
Bayern ħasbu li dawru l-iskor permezz ta’ Mathys Tel (35) u Jamal Musiala (75) Iżda tliet minuti mit-tmiem, Lucas Holer, kiseb id-draw għal Freiburg permezz ta’ volley.
“Lgħabna kompletament mingħajr struttura,” qal il-coach ta’ Bayern, Thomas Tuchel. “Aħna ma konniex dixxiplinati. Ma konniex fil-pożizzjonijiet tagħna … tlifna l-pussess fit-tielet kwarti tal-ground u ħallejna lill-avversarji jattakkawna bil-kontrattakki.”