Saturday, October 26, 2024

Bundesliga: Leverkusen jegħbu lil Bayern u jaqilgħuhom mill-quċċata

Aqra wkoll

Exequiel Palacios skorja żewġ penalties hekk kif Bayer Leverkusen għelbu lil Bayern Munich 2-1 li tilfu ċ-ċans li jirritornaw fil-quċċata tal-Bundesliga.

Joshua Kimmich kien fetaħ l-iskor għaċ-champions Ġermaniżi wara 22 minuta. Amine Adli ta’ Leverkusen ġie ammonit darbtejn talli waqa’ wara fouls fil-kaxxa, iżda ż-żewġ deċiżjonijiet ġew imwarrba meta minflok ingħataw penalties.

Ir-riżultat iħalli lil Bayern it-tieni, punt wara Borussia Dortmund, li s-Sibt għelbu lil Koln 6-1, u issa jinsabu fil-quċċata għall-ewwel darba mill-2019.

Leverkusen, li l-coach tagħhom, Xabi Alonso, kien jilgħab ma’ Bayern, issa rebħu ħames logħbiet konsekuttivi fil-kompetizzjonijiet kollha.

Dortmund u Bayern se jiltaqgħu kontra xulxin fl-1 ta’ April.

Sport