Monday, December 23, 2024

Bundesliga: Robert Lewandowski jikser ir-rekord ta’ Gerd Muller

Aqra wkoll

Robert Lewandowski skorja t-43 goal tiegħu għal Bayern Munich matul din is-sena kalendarja biex kiser ir-rekord ta’ Gerd Muller għall-aktar goals fil-Bundesliga f’sena kalendarja.

L-attakkant tal-Polonja, ta’ 33 sena, issiġilla r-rebħa fit-87 minuta hekk kif Bayern għelbu lil Wolfsburg 4-0 f’Allianz Arena.

Dan ir-rekord  ta’ Muller ta’ 42 goal fil-Bundesliga f’sena waħda kien ilu sa mill-1972.

B’din ir-rebħa issa Bayern fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti minn Borussia Dortmund fil-quċċata tal-klassifika.

Lewandowski kien diġà kiser wieħed mir-rekords tal-kampjonat ta’ 49 sena tal-eks attakkant ta’ Bayern Munich Muller f’Mejju wara li skorja fl-aħħar minuta tal-istaġun biex jikseb il-41 gowl tiegħu tal-kampanja 2020-21.

Il-midfielder Thomas Muller, li kien qed jiċċelebra l-400 dehra tiegħu fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża, fetaħ l-iskor wara seba’ minuti qabel ma għadda assist lil Dayot Upamecano b’daqqa ta’ ras fit-tieni taqsima biex irdoppja l-vantaġġ ta’ Bayern.

Leroy Sane żied mal-iskor żewġ minuti wara b’xutt imdawwar fir-rokna ta’ fuq biex prattikament il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa. 

Fis-87 minuta Lewandowski, li f’Novembru tilef il-Ballun tad-Deheb għall-attakkant ta’ Paris St-Germain Lionel Messi, kiteb ismu fil-kotba tal-istorja għal darb’oħra billi għeleb mill-viċin wara l-goalkeeper Koen Casteels.

Ekonomija

Sport