Tuesday, December 24, 2024

Bundesliga: Ta’ fuq jispiċċaw fi draws u kollox jibqa’ l-istess

Aqra wkoll

Il-forma fqira ta’ Bayern Munich taħt Thomas Tuchel kompliet bi draw ta’ 1-1 kontra Hoffenheim, għalkemm baqgħu żewġ punti vantaġġ fil-quċċata tal-Bundesliga wara li Borussia Dortmund sofrew id-draw fid-97 minuta kontra Stuttgart.

Tuchel rebaħ tnejn biss mill-ewwel ħames logħbiet tiegħu, b’żewġ telfiet fosthom dik ta’ 3-0 fl-ewwel leg tal-kwarti-finali taċ-Champions League tal-ġimgħa li għaddiet minn Manchester City.

Benjamin Pavard tefa’ lil Bayern fil-vantaġġ iżda free-kick ta’ Andrej Kramaric ta punt lill-viżitaturi.

Dortmund dehru li kienu se jilħqu lil Bayern, li rebħu l-aħħar 10 Bundesligas, sakemm wasal kollass notevoli kontra Stuttgart.

Sebastien Haller u Donyell Malen taw vantaġġ ta’ 2-0 lil Dortmund u Stuttgart kellhom lil Konstantinos Mavropanos imkeċċi qabel il-mistrieħ.

Tanguy Coulibaly u Josha Vagnoman kisbu d-draw b’10 players għal Stuttgart qabel ma Giovanni Reyna skorja dak li deher li kien se jkun il-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud għal Dortmund. Iżda ħames minuti wara Silas Katompa Mvumpa għamel l-iskor finali 3-3.

X’imkien ieħor, Timo Werner skorja l-100 goal tiegħu fil-Bundesliga b’doppjetta hekk kif Leipzig, fit-tielet post, għelbu lil Augsburg 3-2.

Ekonomija

Sport