Wednesday, November 13, 2024

“Burn in hell … hope you will suffer as much as she did”

Persuni qrib il-vittma lir-raġel akkużat bil-qtil tagħha

Aqra wkoll

F’awla mimlija, tant li xi persuni qrib il-vittma ntalbu joħorġu, aktar kmieni bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Pelin Kaya.

Spikkaw l-istess qraba tal-vittma u ħbieb tagħha ħerġin emozzjonati wara l-ewwel xhieda li kienu l-Ispettur Kurt Zahra u żewġ Kuntistabbli involuti fl-arrest.

Waqt li Camilleri kien qed jinħareġ ’il barra mill-awla, persuna qrib il-familja nstemgħet tgħidlu “burn in hell … hope you will suffer as much as she did”. Oħrajn dehru barra mill-qorti b’kitbiet kontra l-vjolenza u l-bżonn li ssir ġustizzja biex ħadd ma jerġa’ jgħaddi mit-tbatija li għaddiet minnha Pelin.

Il-Punti ewlenin tas-seduta ta’ dalgħodu:

  • Il-vittma kienet f’periklu imminenti li titlef ħajjitha
  • Is-sieħeb tagħha ikkonferma li l-identità tal-vittma fi triqtu biex isibha ftit sigħat wara li wasal Malta
  • Diversi xhieda jixhdu kif l-imputat kien aggressiv u beda jgara ġebel lejhom u lejn il-vittma li kienet mitlufa minn sensiha wiċċha fl-art
  • Ma kien hemm l-ebda relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur
  • Il-vittma ma setgħetx tara lill-imputat ġej hi u miexja fuq il-bankina
  • Kuntistabbli jixhdu dwar l-arrest u li l-imputat irreżista. Wieħed minnhom jinfaqa’ jibki fl-awla jgħid li minkejja kull tentattiv, Pelin kienet mietet.
  • L-imputat kellu xi jgħid mal-eks sieħba qabel il-qtil u bagħat jgħidilha li sa filgħodu kien se jsir famuż.

Ekonomija

Sport