Wednesday, July 24, 2024

Bżonn li l-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-fondi ta’ investiment tal-UE

Aqra wkoll

Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jelenka l-impatt “limitat” taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza, fil-ħolqien ta’ proġetti ta’ investimenti

Miktub Minn Matthew Charles Zammit

F’rapport ippubblikat iktar kmieni dan ix-xahar, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri saħqet li l-ħidma tal-Unjoni Ewropea biex tixpruna l-investiment fil-membri stati, tramite iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, “għadu limitat.”

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti ġie stabbilit fl-2015, flimkien mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI Funds), bil-għan li l-ekonomija tal-Unjoni EwropeEa tingħata spinta oħra wara l-kollass ekonomiku tal-2008. Fi kliem l-istess Qort, iċ-Ċentru “ma kienx għadu ta’ prova li huwa għodda effettiva biex tingħata spinta lil-investiment.”

Ir-rapport tal-ECA kien wieħed sussegwenti ta’ rapport simili li saret mill-istess Qorti, mmexxi mir-rappreżentant Malti fi ħdan l-istess Qorti Leo Brincat.  Skont ir-rapport, iċ-ċentru “ma kienx stabilixxa kriterji u proċeduri biex jiddeterminaw jekk l-assenjazjzoni potenzjali kinitx qegħda tirraprezżenta valur għoli, medju jew baxx, fejn jidħol il-kontribut probabbli tagħha għall-forniment ta’ proġetti ta’ investiment. Aħna stennejna li ċ-ċentru kien ser jiżviluppa kriterji ċari.”

“Fil-fehma tagħna, iċ-ċentru ma kellux strateġija ċara biżżejjed, jew ma kienx stabiliixxa l-kriterji u l-proċeduri biex l-appoġġ jiġi mmirat fejn jista’ jipprovdi l-aktar valur miżjud, minkejja li rreġistra l-biċċa kbira mill-informazzjoni meħtieġa biex jagħmel dan.”

Il-Qorti elenkat kif iċ-ċentru ta’ investiment, “minkejja li ġiet stabbilit bħala għodda xprunata mid-domanda… huwa rċieva ftit talbiet li setgħu wasslu għal assenjazzjonijiet meta mqabbla mar-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu.”

Ekonomija

Sport