Friday, December 27, 2024

“Bżonn li ninvestu iktar f’infrastruttura kulturali”

Il-Ministru Owen Bonnici

Aqra wkoll

Permezz tal-proġett tal-MICAS, 13-il tomna ta’ art li bħalissa tinsab abbandunata fil-Furjana se tingħata lura lill-pubbliku. Dan se jsir bi żvilupp sostanzjali li se jwassal biex l-imsemmija żona tiġi irranġata b’mod li minnha jibda jsir użu mill-artisti lokali, fejn ikunu jistgħu jesponu x-xogħlijiet ta’ pjattaforma għall-wiri ta’ arti kulturali. 

Dan ikkonfermah il-Ministru għal Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici f’kummenti li ta lil Talk.mt dwar l-oqsma tal-arti u l-kultura. Huwa beda biex qal li dan il-Gvern jinsab iffukat biex isaħħaħ il-kwalità tas-settur artistiku, ikabbar l-udjenzi u nesponu t-talent tagħna u għaldaqstant isem pajjiżna barra minn Malta.

“Dan kollu se nkomplu mmexxuh ‘il quddiem bl-inizjattivi li nagħmlu u bl-opportunitajiet li nagħtu lill-artisti tagħna però huwa importanti wkoll nimlew vojt infrastrutturali li għandna f’pajjiżna. Għandna bżonn iktar infrastruttura kulturali”.
Il-Ministru Bonnici spjega li żewġ proġetti importanti ħafna se jkunu l-proġett tal-MICAS u dak tal-Palazz tal-Gran Mastru.

Dwar il-proġett tal-MICAS, huwa qal li ammont ta’ tmiem ta’ art li hemm fil-Furjana se jkunu qed jingħataw lura lill-pubbliku bis-saħħa tal-kultura.

Fir-rigward tat-tieni proġett, waqt li qabel dan kien mimli uffiċini u allura n-nies ma kinux jidħlu fih, issa qed isir xogħol qawwi ta’ restawr li qatt ma rajna tax-xorta tiegħu qabel u dan il-palazz se jingħata lura lill-pubbliku f’nofs is-sena d-dieħla bl-aħħar fażi titlesta fl-2025. Tenna għalhekk li l-parti l-kbira tax-xogħol titlesta s-sena d-dieħla.

Huwa temm jgħid li proġetti bħal dawn l-pubbliku se jinżlulhom għasel.

Ekonomija

Sport