“Inċidenti jiġru imma l-ewwel ma rridu nibdew hija li nneħħu l-mentalità ta’ uija hekk naħdmu jew jgħaddi hekk”. Dan kien il-kumment ta’ wieħed mill-qarrejja tagħna li għaddielna ritratt ta’ makkinarju li għeleb fuq ġenb ftit jiem biss wara inċident simili fl-Imsida.
Għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar, jidher li parti mill-binja li kien qiegħed isir xi xogħol fiha spiċċat ġarrbet xi ħsarat.
Proprju t-Tnejn li għadda, towerladder li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fi Triq it-Tabib Robert Naudi fl-Imsida għeleb fuq ġenb waqt li kien qiegħed isir xi xogħol ta’ kostruzzjoni. Konsegwentament kellha tiskatta operazzjoni li involviet numru ta’ uffiċċjali u għalkemm ħadd ma ndarab, xi residenti kellhom jagħmlu xi sigħat mingħajr provvista tal-elettriku.