Saturday, November 16, 2024

“Bżonn ta’ aktar sinjali mal-moll”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jitkellem sid ta’ waħda mill-vetturi li nġarret mal-kurrent fiċ-Ċirkewwa

Ftit jiem ilu, ittellgħat minn qiegħ il-baħar, waħda mil-karozzi li nhar il-Ħadd li għadda kienet ipparkjata fuq il-moll taċ-Ċirkewwa iżda spiċċat biex inġarret bil-mewġ wara maltemp qawwi. F’filmat li ttella’ fuq il-paġna fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Raniero Borg, tidher il-ħidma li saret biex tittella’ din il-karozza mill-baħar.  

F’dan il-filmat jitkellem ukoll sid il-karozza, Nicola, fejn esprima ħsibijietu filwaqt li appella lil Transport Malta u l-kunsill lokali responsabbli biex jitwaħħlu sinjali adegwati, kemm bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż, dwar il-perikli li wieħed jista’ jaffaċċja jekk iħalli l-karozza pparkjata f’dik iż-żona.

Ekonomija

Sport