Saturday, November 23, 2024

“Bżonn ta’ spazji miftuħa għar-residenti Gżirjani”

Aqra wkoll

Reazzjoni tal-Kunsill Reġjonali Ċentru għad-deċiżjoni biex pompa tal-petrol fil-Gżira timxi fi ġnien pubbliku

 Fid-dawl tal-pompa tal-petrol fil-Gżira, il-Kunsill Reġjonali Ċentru jirrikonoxxi l-bżonn ta’ spazji miftuħa għar-residenti Gżirjani. Fi starrija l-Kunsill kompla jgħid li, “ninkoraġixxu u ngħinu lill-membri biex iwettqu proġetti bħal dawn.” Il-Kunsill Reġjonali għamel referenza għall-fatt li l-Kunsill huwa l-iktar Kunsill Reġjonali b’densità ta’ popolazzjoni bl-inqas spazji miftuħa u “għalhekk nemmnu illi ġnien bħal tal-Gżira jekk jistà jikber u għall-ebda raġuni m’għandu jitnaqqar wisq inqas biex jakkomoda pompa tal-petrol.”

L-istqarrija kkonkludiet tgħid li, “Nnemmnu li il-buon sens għandu jirrenja f’ċirkostanzi bħal dawn.”

Sport