Sunday, March 29, 2026

Bżonn ta’ żewġ  inkjesti pubbliċi indipendenti… li jinvestigaw

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

– il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti

Il-każ li jinvolvi l-stupru għal diversi drabi ta’ tifla ta’ 11-il sena u li fih spikka l-fatt kif l-allegt stupraturi kienu kapaċi jixtru s-silenzju ta’ din it-tfajla u familtha, qajjem diskussjoni sħiħa. Ħafna ppuntaw is-swaba, lejn direzzjonijiet differenti. Evidenti ir-rabja.

Hu każ imma li fiha ġustizzja ma saritx – fis-sens li min għamel il-ħażin se jħallas għalih. Quddiem dan il-każ, u trawma li għaddiet minnha l-familja u li għadha għaddejja minnha, IT-TORĊA tkellmet u staqsiet domandi ċari lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali (FSWS), Alfred Grixti.

Wieħeb b’mod ċar għad-domandi tagħna bla tlaqlieq. Iddikjara li għandu jkun hemm inkjesta pubblika indipendenti li tinvestiga l-każijiet kollha li nafu bihom u li jistgħu jitressqu ’l quddiem meta titwaqqaf tali inkjesta biex naraw x’ sar u ma sarx u kif nistgħu nipprevjenu li jerġa’ jsir.

Iddikjara ukoll li hemm bżonn inkjesta pubblika oħra indipendenti biex jiġi stabbilt għala dan il-każ dam daqshekk u għala każijiet simili qed idumu daqshekk. Mhux aċċettabbli fis-seklu 21 li vittmi ta’  kull forma ta’ reat idumu biex issir ġustizzja magħhom, speċjalment meta llum ir-riżorsi disponibbli għall-Qrati żdiedu tant u l-Qrati qatt daqs illum ma kellhom riżorsi biex jaħdmu.

U dan huwa aktar gravi meta qed nitkellmu dwar vittmi ta’  stupru, anzi stupru fuq minorenni. Jeħtieġ li neżaminaw kollox, x’  kien is-sehem tal-pulizija li nvestigaw il-każ, fuq liema punti dam il-każ fil-Qorti,  u x’ jista’ jsir fuq il-kwistjoni tax-xiri tas-silenzju li anki l-Prim Imħallef ta’ dak iż-żmien kien ilmenta dwarha.

Jiġifieri, din l-inkjesta pubblika trid tindirzza wkoll il-fatt li issa huwa kkonfermat li kien hemm ostruzzjoni tal-ġustizza u wieħed irid jara jekk dik l-ostruzzjoni peremss tax-xiri tas-silenzju hijiex issa preskritta bil-liġi u jekk hi għandhiex titneħħa din il-preskrizzjoni wkoll.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport