Tuesday, December 24, 2024

Bżonn urġenti ta’ 103 boroż demm O Positive

Aqra wkoll

Iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qiegħed jappella għall-bżonn urġenti ta’ 103 boroż demm tat-tip O Positive.

F’dan l-istadju avżaw ukoll li min fl-aħħar jiem ħa t-tilqima tal-COVID-19, (sew jekk l-ewwel doża, it-tieni doża, jew il-booster) ikun jista’ jagħti d-demm jumejn minn wara t-tilqima.

Mill-banda l-oħra jekk fl-ewwel 48 siegħa wieħed ikollu deni jew sintomi ta’ influwenza, ikun irid iħalli sebat ijiem jgħaddu biex ikun jista’ jagħti d-demm. Dan jgħodd ukoll għal min qed jieħu t-tilqima tal-influwenza staġjonali.

Barra minn hekk, dawk li rriżultaw pożittivi għall-virus ikunu jistgħu jagħtu demm ġimagħtejn minn wara li tintemm il-kwarantina, waqt li dawk li kienu bi kwarantina preventiva jkunu jistgħu jagħtu demm apenna jintemm il-perjodu ta’ iżolament.

Iċ-Ċentru avża wkoll li l-għoti tad-demm isir illum sas-6:00 p.m fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa. Importanti li kull min jattendi biex jagħti d-demm jippreżenta l-Karta tal-Identità.

Minħabba l-pandemija dawk li jattendu huma mitlubin ikunu biss donaturi u għaldaqstant tfal u oħrajn li jakkumpanjawhom mhumiex ser jitħallew jidħlu fiċ-Ċentru.

Ekonomija

Sport