Sunday, November 24, 2024

Bżonn urġenti ta’ demm tat-tip O positive u A positive

Aqra wkoll

Bħalissa hawn nuqqas kbir ta’ demm tat-tip O positive u A positive.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun quddiem Iċ-Ċentru Ċiviku fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Sport