Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella lill-pubbliku biex jersqu ‘l quddiem u jagħtu d-demm fl-isfond li hemm bżonn urġenti ta’ demm tat-tipi A positive u O positive.
Huma qalu li japprezzaw li d-donazzjonijiet tad-demm isiru llum, possibbilment sal-5:00pm.
F’każ li mhux possibbli li dan isir illum, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li l-għotjiet isiru għada s-Sibt, u mhux iktar tard min nhar il-Ħadd.
“Hawn il-pazjenti jistennew, biex jieħdu t-trattamenti, jew biex jiġu operati. Napprezzaw li tersqu tagħtu d-demm u xxerdu l-messaġġ”
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm żur www.blood.gov.mt jew tikka.mt