Ir-raġel li bħalissa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ vetturi fil-Gudja huwa Chris Bonello, uffiċjal tal-Pulizija. Bonello bħalissa għaddej minn għadd ta’ operazzjonijiet serji minn timijiet mediċi ta’ Mater Dei, bil-kundizzjoni tiegħu għadha serja iżda stabbli.
Intant minħabba l-istess raġuni, bosta qraba u ħbieb ta’ Bonello qed jappellaw għad-donazzjonijiet tad-demm.
Numru ta’ operazzjonijiet kapaċi jitħassru hekk kif hemm nuqqas kbir ta’ donazzjonijiet tad-demm, b’mod speċjali O positive u A positive u b’hekk wieħed qed ikun imħeġġeġ biex iżur il-Bank tad-Dem fi Gwardamangia sabiex jagħti d-donazzjoni tiegħu u jieħu miegħu l-ID Card jew passaport.