Aħbar ħażina għall-coach ta’ AC Milan Stefano Pioli li tilef lill-captain Davide Calabria li se jibqa’ barra sa Jannar tas-sena d-dieħla. Hu weġġa’ koxxtu l-leminija u wara eżamijiet li saru t-Tnejn filgħaxija fil-klinika tal-club, irriżulta li dan il-player għandu injury ferm gravi.
Post Calabria mistenni jieħdu Simon Kjaer li jilgħab fl-istess rwol difensiv tiegħu. Calabria għandu 25 sena u ilu ma’ Milan sa mis-sena 2015.