Monday, November 10, 2025

Calypso Tirbaħ Il-BOV Gozo Regatta 2025

Aqra wkoll

L-edizzjoni tal-2025 tal-BOV Gozo Regatta kkonkludiet b’mod spettakolari, b’Calypso ta’ Sebastian Ripard tirbaħ l-unur Overall u l-ewwel post tal-IRC Klassi 1 wara tlett ijiem ta’ tlielaq eċċitanti u kundizzjonijiet tat-temp li jinbidlu. Din hija t-tieni rebħa konsekuttiva ta’ Calypso fit-tellieqa issa stabbilita fil-kalendarju tat-tlielaq tal-RMYC.

Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u sponsorjata bi kburija mill-Bank of Valletta, ir-regatta rat numru rekord ta’ 24 parteċipant b’kompetizzjoni qawwija f’4 klassijiet differenti. L-avveniment beda b’tellieqa ta’ minn Marsamxett sal-Port tal-Imġarr, segwita minn tlielaq round the cans bejn Għawdex u Kemmuna, u għalqu b’tellieqa kostali lura lejn Malta. Id-direzzjoni tat-tiġrija kienet f’idejn Martin Azzopardi.

Calypso (Farr 30), bil-kaptan Sebastian Ripard, ħarġet bħala r-rebbieħa overall fid-diviżjoni IRC Racers, b’total ta’ 7 punti biss fi tliet tiġrijiet. L-aġilità u l-preċiżjoni tattika ta’ Calypso kienu partikolarment evidenti fit-tiġrija round-the-cans b’riħ ħafif tas-Sibt, fejn kisbet l-ewwel post, billi bniet fuq it-tielet post fit-tellieqa lejn Għawdex u t-tieni post fl-aħħar stadju tal-Ħadd.

Elusive 2 (Beneteau First 45), immexxija minn Maya Podesta, kisbet it-tieni post overall b’9 punti, wara li ddominat it-tiġrija tal-ftuħ u żammet forma konsistenti matul il-weekend. Vivace (Reflex 38), immexxija minn Andrew Agius Delicata u Matthew Degabriele, ħadet it-tielet post ġenerali b’10 punti, u l-ewwel post fil-klassi IRC2 bi prestazzjonijiet stabbli fit-tliet tiġrijiet kollha.

IRC1

Fit-tellieqa lejn Għawdex Elusive 2 (Beneteau First 45), waslet l-ewwel segwita minn Ton Ton Laferla (Dufour 44) fit-tieni post u Calypso fit-tielet post.

It-tellieqa tas-Sibt round-the-cans kienet immarkata minn kundizzjonijiet ta’ riħ ħafif ħafna, fejn id-daqs iżgħar u l-aġilità ta’ Calypso kienu deċiżivi. L-ekwipaġġ ta’ Sebastian Ripard ħa vantaġġ mill-kundizzjonijiet biex jiżgura l-ewwel post ġenerali fl-IRC1, u għeleb lil Elusive 2, li spiċċa fit-tieni post. Geisha (IMX40) segwiet fit-tielet post, filwaqt li diversi jottijiet akbar tħabtu biex iżommu l-momentum fir-riħ li qed jonqos.

Id-disinn ħafif ta’ Jubatus ta’ Sean Borg wera li huwa kruċjali fit-tellieqa lura lejn Malta. Id-disinn tal-Cape 31 wassalhom lura f’Marsamxett b’vantaġġ konsiderevoli fuq Calypso li spiċċa fit-tieni post, b’Ton Ton Laferla jieħu t-tielet post.

IRC2

Fl-IRC2, Vivace (Reflex 38) kienet dejjem minn quddiem fejn kienu fl-eweel 3 pożizzjonijiet fit-tlielaq kollha, u dan assigurahom it-tielet post overall fil-klassi IRC Racers. L’Artista (J/99) ta’ Anton Calleja u Jarhead (J/109) f’isem il-fondazzjoni Jarhead Youg Sailors b’Gary Mercieca fuq it-tmun iġġieldu mill-qrib għal pożizzjonijiet fuq il-podju, u t-tnejn temmew is-serje b’punti ndaqs..

IRC Cruisers

Id-diviżjoni IRC Cruisers rat kompetizzjoni mill-qrib fost tliet jottijiet li spikkaw. Seven (Grand Soleil 46), immexxija minn Mario Debono, kisbet l-ewwel post fid-diviżjoni fl-ewwel tellieqa bil-ħin ikkoreġut. Inspiration (Sun Fast 40.2), ta’ Godwin Zammit, wieġbet b’rebħa fit-tellieqa tas-Sibt, u wriet immaniġġjar eċċellenti ta’ riħ ħafif. Chapeau (Beneteau Oceanis 46), immexxija minn Christine Stanschus spiċċat fit-tielet post.

RMYC Cruisers

Id-diviżjoni RMYC Cruisers rat serje kompetittiva b’prestazzjonijiet eċċellenti minn Nenya (Hanse 458), Forever25 (First 45),  u Kira (Beneteau 57). Forever25, immexxija minn Martin Kunath, assigurat rebħa ġenerali fid-diviżjoni b’rebħa deċiżiva fit-2 tellieqa u t-tielet post fil-ewwel tellieqa. Nenya, bil-kaptan tagħha Edward Gatt Floridia rebħet id-diviżjoni b’rebħa u żewġ tlielaq fit-tieni pożizzjoni segwita minn Kira ta’ Gino Cutajar li żammet forma stabbli fit-tlielaq kollha. Id-diviżjoni wriet l-ispirtu tat-tlielaq tal-klabb, b’taħlita ta’ baħħara ta’ esperjenza u ekwipaġġi ġodda li jinnavigaw kundizzjonijiet li jinbidlu b’determinazzjoni.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fir-Royal Malta Yacht Club immarkat konklużjoni xierqa għall-BOV Gozo Regatta 2025. Stefan Abela, Maniġer tas-CSR fil-Bank of Valletta, u Mark Napier, Commodore tal-RMYC, ippreżentaw trofej lir-rebbieħa ta’ kull kategorija, u ċċelebraw il-kisbiet tagħhom quddiem il-baħrin sħabhom. It-Trofew Prestiġjuż tal-BOV Gozo Regatta Overall ġie ppreżentat lil-ekwipaġġ ta’ Calypso mmexxija minn Sebastian Ripard, bħala rikonoxximent tal-prestazzjoni eċċellenti tal-ekwipaġġ fit-tliet tlielaq kollha. Iċ-ċerimonja rriflettiet l-ispirtu ta’ sportività, ħidma f’tim, u passjoni li ddefinixxew ir-regatta.

L-appoġġ tal-Bank għal dan l-avveniment annwali tat-tbaħħir jafferma mill-ġdid l-impenn tal-BOV li jappoġġja l-komunità sportiva ta’ Malta, is-sostenibbiltà u l-involviment tal-komunità.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport