Id-difensur Portugiż, Joao Cancelo, u l-attakkant Senegaliż, Sadio Mane, ġew mgħarrfa li m’għandhomx futur ma’ Bayern Munich u għaldaqstant mistennija jħallu l-club fi tmiem l-istaġun.
Mane, 31 sena, ingħaqad mal-Bavarjani fil-bidu tal-istaġun mingħand Liverpool għal £27.4 miljuni.
Il-karriera tiegħu fil-Ġermanja kienet interotta b’għadd ta’ injuries fejn skorja 12-il goal iżda l-argument jaħraq li kellu ma’ Leroy Sane fid-dressing room wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Manchester United, valida mill- UEFA Champions League, kien il-bidu tat- tmiem ma’ Bayern.
Minn dak l-inċident ftit li xejn ġie utilizzat. Per eżempju, fi tmiem il-ġimgħa li għadda u huwa ġie utilizzat fil-ħin miżjud fir-rebħa ta’ 6-0 fuq Schalke … fejn irnexxielu wkoll isib ix-xibka avversarja.
Min-naħa ta’ Cancelo, 28 sena, ingħaqad mal-Bavarjani, f’Jannar li għadda, b’self mingħand Manchester City wara li kellu xi jgħid mal-coach Pep Guardiola.
B’kollox huwa lagħab 19-il partita li fihom skorja goal wieħed filwaqt li rreġistra sitt assists.
Iżda fil-veritá ftit li xejn impressjona.