Għadd ta’ persuni taw l-aħħar tislima li tixraq lill-eks Segretarju tal-General Workers’ Union Tony Zarb li żar għall-aħħar darba dik li kien jiddeskrivi bħala t-tieni dar tiegħu. Mal-wasla tal-korteo ġiet kantata il-kanzunetta ‘Ħaddemin’.

Fi tmiem din il-kanzunetta saret minuta ta’ silenzju minn dawk preżenti u wara s-Sindku tal-Belt Alfred Zammit poġġa bukkett fjuri fuq it-tebut. Tpoġġew ukoll fjuri minn rappreżentanti tal-Għaqda Pensjonanti.

L-amministrazzjoni tal-General Workers’ Union poġġiet bandiera tal-GWU fuq it-tebut filwaqt li ndaqqet il-kanzunetta ‘You’ll Never Walk Alone’ li tant kienet għal qalb is-Sur Zarb.

Fi tmiem din l-ewwel parti tal-aħħar tislima, hekk kif qabdet titħarrek il-vettura mill-bitħa tal-GWU lejn il-knisja tal-Furjana, dawk preżenti sellmu lil Zarb b’ċapċipa li dwiet il-post.