Il-kumpanija Captain Morgan ċaħdet li fl-aħħar kampanja ta’ ġbir ta’ fondi mill-Partit Laburista tatu €108,000.
Hija sostniet li d-donazzjoni tagħha kienet ta’ €3,000 u kienet tagħmel parti mill-għotja li saret mill-kumitat Laburista tan-Naxxar.
Il-kumpanija nsistiet li l-ammont li tat kienet fil-livell stabbilit mil-liġi u ma kien hemm xejn illegali.
Captain Morgan spiċċat fil-mira ta’ esponenti tal-PN li rabtu l-għotja mal-fatt li bastimenti tagħha ġew mikrija mill-Gvern biex iżommu immigranti fuqhom li ma tħallewx jinżlu l-art minħabba l-Covid19.