Saturday, December 21, 2024

Carer fir-Renju Unit jinqabad jistupra pazjenta ta’ 99 sena bid-dimenzja

Aqra wkoll

Carer fir-Renju Unit se jkun qed jiskonta sentenza ta’ għomru l-ħabs, b’minimu ta’ għaxar snin, wara li nqabad jistupra pazjenta ta’ 99 sena bid-dimenzja 

Phillip Carey ta’ 48 sena ammetta li appofitta mill-vittma fid-dar tal-kura fejn kien jaħdem fi Blackpool, Lancashire.

Li kieku ma kinitx azzjoni li għamlet il-familja tagħha jaf ma kienx jinqabad. 

Dan hekk kif ġie rrapurtat li huwa nqabad li stupra lill-vittma vulnerabbli permezz ta’ kamera moħbija li l-familja tagħha kienet weħlet fil-kamra tagħha wara li kienu qed jitħassbu dwar il-benesseri tagħha.

Carey wieġeb ħati fil-Preston Crown Court, u ġie ordnat iservi mill-inqas 10 snin qabel ma jsir eliġibbli għar-rilaxx, irrappurtat midja Ingliża.

Il-prosekuturi qalu li l-familja tal-vittma bdiet titħasseb meta l-imġieba tagħha nbidlet f’daqqa.

L-anzjana ma kinitx taċċetta li jkun hemm kuntatt fiżiku u meta l-qraba tagħha marru jżuruha hija talbithom biex ma jħalluhiex u żiedet tgħid li kienu se jweġġgħuha.

Il-familja weħlet kamera moħbija f’kamritha biex tipprova tiskopri x’kien qed jikkawżalha tant dwejjaq.

Permezz t’hekk, b’orrur kbir raw lil Carey jidħol fil-kamra tal-anzjana fejn stupraha u attakkaha sesswalment.

Huma immedjatament ċemplu lill-pulizija, li arrestaw lil Carey. Huwa ammetta l-akkużi fil-qorti wara li l-prosekuturi ppreżentaw evidenza forensika u l-filmati tal-kamera.

Ekonomija

Sport