Wednesday, December 25, 2024

Careworker fl-Ingilterra operata b’urġenza wara li belgħet swab test

Aqra wkoll

Bobby Lee, careworker ta’ 31 sena fl-Ingilterra spiċċat l isptar b’emerġenza wara li belgħet swab test tal-Covid ta’ madwar sitt pulzier waqt li kienet qiegħda d-dar.

L-omm ta’ żewġt itfal minn County Durham ppruvat it-test wara li ħassitha ma tiflaħx waqt li kienet xogħol ta’ billejl fl-20 ta’ April. Ġara iżda li għal xi raġuni l-mara spiċċat bit-test imwaħħal f’ħalqha. F’dan il-mument ta’ konfużjoni, il-mara ħasbet li l-aħjar ħaġa kienet li tibla’ l-istikka, iżda spiċċat agħar meta din weħlet f’gerżumtha.

L-omm spjegat li l-istikka damet f’ħalqha għal xi ħin u weħlitilha fuq wara tal-ġerżuma. Qalet ukoll li ppruvat tagħmel minn kollox biex tiġbidha ’l barra imma ma wara li ma rnexxilhiex, belgħetha bit-tama li tħossha aħjar. 

Maħkuma mill-paniku minħabba li kienet tinsab id-dar waħidha ma’ bintha ż-żgħira, hija għaġġlet lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ A&E fejn hemmhekk ġiet trasferita fi sptar viċin u ttieħdet b’emerġenza biex tkun tista’ tiġi operata. Irrakkuntat kif waqt li kien għaddej dan kollu ħassitha li ma setgħetx tieħu nifs għalhekk bdiet tibża’ li ħajjitha kienet tinsab f’periklu kbir. 

Issa li qed tirkupra minn din l esperjenza tal-biża’, l-omm tgħid li tinsab kuntenta, li fi stat ta’ paniku ġietha f’moħħha li tfittex l-għajnuna medika minnufih. Hija tgħid li kieku ma ħaditx dik id deċiżjoni seta’ kien konsegwezi koroh ħafna, inkluż riskju kbir ta’ fatalità.

It-tobba qatt ma kienu ltaqgħu ma’ każ bħal dan qabel, iżda għażlu li jirrivolvu għall-endoskopija billi daħħlulha kamera tal-kiruġija apposta f’gerżumtha u ħarġuhielha. 

L-omm temmet tgħid li tħossha fortunata ferm li l-istikka ma laħqitx waslet sal-imsaren u li l-professjonijieti rnexxielhom joħorġuhielha lura minn ħalqa mingħajr ħsara ulterjuri. 

Ekonomija

Sport