Monday, September 16, 2024

Carey Chukwuemeka segwit minn Milan u Napoli

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Carey Chukwuemeka qed jinteressa serjament żewġ klabbs Taljani u dawn huma AC Milan u Napoli. Dawn tal-aħħar mistennija jitkellmu mad-diriġenti tal-Blues sabiex eventwalment wieħed minnhom jakkwistah għas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Chukwuemeka għandu 20 sena u fl-istaġun li għadda lagħab 23 logħba u skorja gowl wieħed biss. Fil-fatt, hu kien jilgħab ukoll ma’ Aston Villa filwaqt li kien membru regolari fit-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt l-20 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport