Tuesday, September 24, 2024

Carlo Ancelotti iħeġġeġ pubblikament lil Marco Asensio biex jibqa’ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, ħeġġeġ pubblikament lil Marco Asensio biex jibqa’ fil-Bernabeu, hekk kif jinsab fl-aħħar ftit xhur tal-kuntratt tiegħu.

Kif inhuma l-affarijiet, l-internazzjonali ta’ Spanja jista’ jitlaq bi free transfer fi tmiem l-istaġun, u estensjoni fil-kuntratt dehret improbabbli, minħabba l-pożizzjoni tiegħu fl-iskwadra.

Asensio mhux qed jiġi utilizzat b’mod regoalri mill-Madrileni għas-spejjeż ta’ Vinicius Junior u Rodrygo fl-attakk, filwaqt li Federico Valverde qed jiġi ppreferut ukoll fuq il-lemin.

Sport