Saturday, September 14, 2024

Carlo Ancelotti jippjana li jagħti rwol ġdid fl-attakk lil Eden Hazard

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, qed jippjana li jagħti rwol ġdid fl-attakk lil Eden Hazard billi jirregalalu l-flokk numru 9.

Il-player ta’ 31 sena reġa’ sabha diffiċli biex juri l-aħjar forma tiegħu għal Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, u rnexxielu jirreġistra goal wieħed biss u żewġ assists fi 23 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

B’kollox, il-player internazzjonali tal-Belġju skorja sitt goals u rreġistra 10 assists f’66 dehra ma’ Real Madrid, fejn fil-biċċa l-kbira naqas milli jimptessjona fil-Bernabeu sa minn meta ngħaqad mal-Galacticos mingħand Chelsea għal somma sostanzjali ta’ flus lura f’Lulju tal-2019.

Ekonomija

Sport