Monday, November 4, 2024

Carlo Ancelotti jirrifjuta offerta mingħand l-FA Brażiljan biex imexxi lit-team nazzjonali

Aqra wkoll

Carlo Ancelotti rrifjuta offerta mingħand l-FA Brażiljana biex imexxi lit-team nazzjonali wara li ftit tal-jiem ilu, Tite ta r-riżenja tiegħu. 

Huwa sostna li jinsab rilassat ħafna, kuntent u komdu ma’ Real Madrid. Għalhekk, il-kwistjoni hija magħluqa.

“Wara Real Madrid, x’aktarx se nirtira. Jekk il-club iridni hawn għal 10 snin, inkun hawn għal 10 snin. Imma wara nixtieq inkun man-neputijiet tiegħi, u mmur vaganza mal-mar tiegħi,” stqarr Ancelotti.

Huwa rrikonoxxa li “hemm tant affarijiet li tpoġġi f’ġenb meta tagħżel din il-professjoni. Qatt ma mort l-Awstralja u  qatt ma żort Rio de Janeiro. Nixtieq inżur lil oħti aktar spiss.

“Sfortunatament, ma nistax nagħmel dan bħalissa, għalhekk dakinhar li nirtira, jien ser ikolli dawk l-affarijiet kollha x’nixtieq nagħmel,” żied jgħid.

Peró Ancelotti tenna wkoll li jixtieq imexxi team nazzjonali. Iżda l-lealtá tiegħu tinsab lejn Real Madrid u għaldaqstant huwa jrid jonora l-kuntratt kollu. 

“Imbagħad wara naraw!” temm jgħid il-coach Taljan. 

Sport