Carlo Ancelotti sar l-ewwel coach li rebaħ iċ-Champions League f’erba’ okkażjonijiet separati, bit-Taljan imexxi lil Los Blancos għal rebħa ta’ 1-0 fuq Liverpool fil-finali tas-Sibt.
Vinicius Junior skorja l-uniku goal tal-partita f’Pariġi, hekk kif iċ-champions tal-La Liga rreġistraw rebħa kontra t-team immexxi minn Jurgen Klopp biex rebħu l-14-il Tazza Ewropea.
Ancelotti kien mexxa lil AC Milan għar-rebġ ta’ żewġ edizzjonijiet taċ-Champions Leaue matul iż-żmien tiegħu fit-tmexxija tal-ġganti tas-Serie A, u kiseb it-trofew fl-2002-03 u fl-2006-07.
Il-coach ta’ 62 sena mbagħad rebaħ iċ-Champions League fl-istaġun 2013-14 waqt l-ewwel esperjenza tiegħu fit-tmexxija ta’ Real Madrid b’rebħa ta’ 4-1 fuq Atletico Madrid fil-finali.