Diversi gazzetti Ingliżi qed jgħidu li jekk il-kowċ ta’ Chelsea Enzo Maresca ma jwettaqx il-pjanijiet li għandhom id-diriġenti tal-klabb, hemm Carlo Ancelotti lest biex joħodlu postu. Maresca ngħaqad mal-Blues fil-bidu ta’ dan l-istaġun u s’issa wassal lit-tim sar-raba’ post tal-klassifika fiż-żona tal-UEFA Champions League.
Min-naħa tiegħu, Ancelotti jista’ jibda t-tieni avventura fi Stamford Bridge wara li għamel dan bejn l-2009 u l-2011. Hu jinsab ferm viċin li jħalli lil Real Madrid fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u hemm xniegħa li jista’ jieħu r-riedni tal-Blues f’idejh.