Saturday, December 14, 2024

Carlo Ancelotti se jinħatar il-coach tal-Brażil f’Ġunju 2024

Aqra wkoll

Il-president tal-FA Brażiljana, Ednaldo Rodrigues, ħabbar  li f’Ġunju 2024 Carlo Ancelotti se jinħatar coach tal-Brażil wa­ra li jintemmlu l-kuntratt ma’ Real Madrid. 

Rodrigues qal dan waqt konferenza stampa hekk kif ġie ppreżentat il-coach il-ġdid tal-Brażil, Fernando Diniz.

Peró, l-istess Rodrigues sostna li Diniz se jibqa’ fit-tmexxija għal sena biss. 

“Is-sistema ta’ Diniz hija verament simili tal-coach Ancelotti li fi tmiem ta’ Ġunju li ġej se jkun is-suċċessur tiegħu,” qal il-president Brażiljan. 

Il-federazzjoni Brażiljana għadha ma kkonfermatx il-ħatra ta’ Ancelotti permezz ta’ stqarrija uffiċjali. Min-naħa l-oħra, Real Madrid għadhom ma kkonfermawx it-tluq tal-coach Taljan. 

Diniz huwa l-coach attwali ta’ Flumi­nense u mhux se jħalli lill-club fiż-żmien tiegħu biex iservi lit-team nazzjonali Brażiljan. Peró huwa jassumi r-responsabbiltajiet meta t-team ikun se jilgħab. 

Ancelotti irritorna ma’ Real Madrid fl-2021 wara l-ewwel avventura tiegħu li kienet bejn l-2013 u l-2015. 

Matul dawn is-sentejn huma mexxihom għal żewġ suċċessi fil-UEFA Champions League kif ukoll ir-rebħ tal-Kampjonat Spanjol.  

Ekonomija

Sport