Friday, December 13, 2024

Carlos Queiroz iħalli lill-Eġittu wara l-falliment tat-Tazza Tad-Dinja

Aqra wkoll

Carlos Queiroz ħalla r-rwol tiegħu bħala coach tal-Eġittu wara li l-Assoċjazzjoni tal-Football Eġizzjana (EFA) temmet il-kuntratt tiegħu b’kunsens reċiproku.

Id-deċiżjoni ġiet wara li l-Farauni naqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.

L-Eġittu tilfu il-post fit-tournament fil-Qatar wara li x-xahar li għadda sfaw megħluba 3-1 bil-penalties mis-Senegal.

Huma tilfu wkoll il-finali tat-Tazza tan- Nazzjonijiet Afrikani 2021 kontra l-istess oppożizzjoni bil-penalties ukoll li saret din is-sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

L-ex coach ta’ Real Madrid, tal-Portugall u tal-Iran, Queiroz, kien ħa t-tmexxija tal-Farauni f’Settembru li għadda, minflok Hossam El Badry.

Il-bord tal-EFA kien mistenni jiltaqa’ il-bieraħ biex jiddiskuti jekk post il-Portugiż ta’ 69 sena, għandux jittieħed minn coach Eġizzjan – bl-eks attakkant Hossam Hassan u l-coach tal-Piramidi, Ihab Gala, it-tnejn biċ-ċans.

Sadanittant, il-Libja ħatru lill-eks coach tal-Mawritanja, Corentin Martins, wara li b’kunsens reċiproku temmew il-kumpanija ma’ Javier Clemente, b’kunsens reċiproku.

Clemente, 72 sena, kien fit-tieni perjodu tie­għu mal-Afrikani tat-tramuntana, filwaqt li Martins qatta’ seba’ snin fit-tmexxija tal-Mawritanja, iżda tkeċċa f’Ottubru li għadda.

Il-pajjiżi kollha qed jistennew it-tlugħ tal-poloz tal-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikaz­zjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2023, li se jsiru nhar it-Tlieta li ġej, 19 ta’ April.

Ekonomija

Sport