Sunday, September 29, 2024

Carlos Soler bejn Valencia u West Ham United

Aqra wkoll

Valencia u West Ham United qed jitkellmu mal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Paris St Germain, Carlos Soler. Dan il-plejer għandu 27 sena u hu kkunsidrat bħala espert f’dan id-dipartiment tant importanti fil-grawnd.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Soler kien fi Spanja jara lil Valencia kontra Barcelona u din il-preżenza żiedet l-ispekulazzjonijiet li hu jista’ jirritorna f’Estadio Mestalla.

Soler ingħaqad ma’ Paris St Germain fl-2022 fejn skorja ħames gowls f’50 partita.

Sport