Saturday, December 28, 2024

Carlos Soler fir-radar ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool qed jikkontemplaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Valencia, Carlos Soler fis-sajf tal-2022.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kein player mill-aqwa fi staġun 2020-21 li kien diżappuntanti għal Valencia fl-istaġun li għadda, u rreġistra 11-il goal u tmien assists minn 32 dehra fil-La Liga.

Soler beda wkoll l-ustaġun kurrenti b’mod qawwi bi tliet goals fl-ewwel tliet logħbiet għat-team tiegħu, iżda l-ftehim tiegħu mat-team ta’ Jose Bordalas għandu jiskadi fl-2023.

Liverpool naqsu milli jiffirmaw sostitut għal Georginio Wijnaldum fl-iktar tieqa ta’ trasferimenti riċenti, iżda Jurgen Klopp issa identifika lil Soler bħala firma ideali matul is-sena d-dieħla.

Tiġdid possibbli tal-kuntratt għal Soler f’Valencia għadu inċert, u l-club Spanjol jista’ għalhekk jiġi ppressat biex ibiegħu qabel ma jidħol fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu.

Soler iddebutta ma’ Spanja fit-telfa ta’ 2-1 f’partita ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Iżvezja nhar il-Ħamis u laħaq total ta’ 188 dehra għal Valencia sa minn meta ggradwa mill-akkademja taż-żgħażagħ tagħhom, fejn skorja 26 goal u pprovda daqstant ieħor ammont ta’ assists.

Ekonomija

Sport