Il-miri ta’ Barcelona, Carlos Soler u Jose Gaya, esprimew ix-xewqa tagħhom li jħallu lil Valencia dan is-sajf.
Iż-żewġ players, li se jkunu bla kuntratt fl-2023, qattgħu l-karriera kollha tagħhom ma’ Valencia u huma meqjusa bħala membri imprezzabbli tal-iskwadra tal-ewwel team.
Valencia dan l-aħħar ħarġu stqarrija biex jiċħdu xnigħat li kienu qablu li jbigħu lil Soler lil Barcelona għal madwar €20m dan is-sajf.