Il-player Arġentina Carlos Tevez ħabbar li se jirtira mill-football f’karriera mill-aqwa li ratu jilgħab maż-żewġ clubs ta’ Manchester u b’mod kontroversjali jagħmel il-bidla minn Manchester United għal Manchester City fl-2009.
Minkejja li kellu offerti biex ikompli – jiġifieri mill-MLS – il-player ta’ 38 sena se jkun qed idendel iż-żarbun waqt li semma wkoll ir-raġuni ta’ qtugħ ta’ qalb għal dik id-deċiżjoni. Tevez ammetta li tħabat għall-motivazzjoni fil-football wara l-mewt tal-missier adottiv tiegħu, Segundo Raimundo, fi Frar li għadda.
Tevez ilu mingħajr club minn meta ħalla lit-team għażiż ta’ belt twelidu Boca Juniors l-istaġun li għadda u ħalla wirt imħallat f’Manchester. Hu lagħab għall-ewwel darba fil-Premier League ma’ West Ham fl-2006.
Sena wara, l-Arġentin – li skorja 13-il goal f’76 partita għal pajjiżu – iffirma mal-United taħt il-gwida ta’ Sir Alex Ferguson u kellu parti kbira fir-rebħiet ta’ titli kosnekuttivi flimkien ma’ Wayne Rooney u Cristiano Ronaldo. Huma rebħu wkoll il-UEFA Champions League matul l-istaġun 2007/2008.
Madankollu, kien hemm drama u kontroversja li ssegwi hekk kif Tevez ħalla lil Man Utd wara żewġ staġuni biex jingħaqad ma’ Man City fejn kompla biex għamel 148 dehra ma’ City u skorja 73 goal fil-kompetizzjonijiet kollha u fforma parti mill-iskwadra li rebħet l-ewwel titlu tal-Premier League għall-club lura fl-2012.
Tevez lagħab ukoll ma’ Juventus, Shanghai Shenhua u Corinthians f’diversi stadji tal-karriera tiegħu.