Il-Perit Carmel Cocopardo, chairperson tal-ADPD se jittanta jikseb post fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan tant li lbieraħ tefa’ n-nomina tiegħu għall-post li tbattal fl-istess Kunsill minn Albert Buttigieg li ġie elett membru tal-Parlament. Illum kien l-aħħar jum li matulu setgħu jintefgħu n-nominazzjonijiet, sa għeluq il-ħin tan-nominazzjonijiet kien hu biss li tefa’ n-nomina.
Meta ndirizza lill-istampa quddiem l-uffiċini tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar, Cocopardo qal li l-ADPD dejjem saħaq li l-vot hu arma b’saħħitha biżżjjed biex jintuża lilhin mill-limiti mposti mill-partiti politiċi l-oħra.
Huwa stqarr ukoll illi bħala partit, l-ADPD dejjem inkoraġġixxa dak imsejjaħ ‘cross party voting’ jiġifieri li l-vot ma jkunx eżerċitt b’mod restrittiv iżda b’mod li jagħti apprezzament lill-kandidati kollha irrispettivament mill-kulur politiku li miegħu huma assoċjati.