Thursday, July 31, 2025

Carmelo Ciantar se jitressaq il-Qorti mixli bil-qtil doppju

Aqra wkoll

Carmelo Ciantar, magħruf bħala “d-Durga”, se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti għall-ħabta tas-1.00pm fejn se jiġi mixli bil-qtil doppju li seħħ nhar it-Tlieta li għadda ħdejn il-Kunċiżżjoni  limiti tar-Rabat.

Ciantar, ta’  72 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, se jiġi mixli bil-qtil ta’ Dennis Mifsud ta’ 51 sena residenti s-Siġġiewi u Anthony Agius ta’ 57 sena residenti r-Rabat. Wieħed mill-vittmi hu t-tifel tas-sieħba tal-allegat aggressur. L-ieħor, hu r-raġel tat-tifla tas-sieħba tal-allegat aggressur.

Ciantar kien ġie arrestat madwar sagħtejn wara l-omiċidju fejn instab fl-inħawi ta’ stabbiliment tax-xiri ewlieni fil-Mosta.

Hu se jkun qiegħed jitressaq quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport