Arsenal qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-iżvilupp tal-midfielder ta’ Aston Villa, Carney Chukwuemeka.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena gawda minn avvanz fl-ewwel team dan l-istaġun, fejn għamel 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha u rreġistra assist wieħed fil-Premier League.
Chukwuemeka għandu jsir free agent fis-sajf tal-2023, madankollu, u rapporti s-sena l-oħra qalu li ż-żagħżugħ ma kienx lest li jiffirma ftehim ġdid f’Villa Park.
Huwa mifhum li Arsenal issa identifikaw lil Chukwuemeka bħala mira potenzjali, b’Mikel Arteta mistenni jsaħħaħ nofs il-ground tat-team tiegħu għall-istaġun 2022-23.
Jidher li Ruben Neves, Douglas Luiz, Youri Tielemans u Danilo ta’ Palmeiras jinsabu wkoll fuq ix-short list tal-Gunners, b’Mohamed Elneny se jitlaq bħala free agent u Granit Xhaka jibqa’ jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Roma.
Chukwuemeka għandu wkoll żewġ goals u żewġ assists f’ismu minn sitt dehriet fil-Premier League 2 dan l-istaġun u kiseb ħames dehriet għat-team nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena tal-Ingilterra.