Saturday, October 26, 2024

Carrie Lam mhix se tikkontesta għat-tieni term tagħha bħala mexxej ta’ Hong Kong

Aqra wkoll

Carrie Lam, li hija l-mexxejja ta’ Hong Kong, qalet li mhux se tkun qiegħda tfittex it-tieni term tagħha u dan wara leġiżlatura kontroversjali ħafna fejn fiha għadd ta’ libertarijiet li dan it-territorju kien igawdi spiċċaw jitnaqqru miċ-Ċina. 

Bħala kap eżekuttiv, Lam mexxiet f’perjodu turbolenti ħafna fejn f’dan it-territorju kien hemm protesti kbar favur id-demokrazija liema protesti wasslu biex iċ-Ċina timponi iktar kontroll fuq Hong Kong. Iċ-Ċina tqis lil Hong Kong bħala parti mit-territorju tagħha. 

Ta’ min jgħid li Lam, li għandha 64 sena, kienet magħżula minn Beijing fl-2017 biex tokkupa din il-kariga. Lam qalet li hija informat liċ-Ċina bix-xewqa tagħha li ma terġax tikkontesta għat-tieni term u qalet li issa se tkun qiegħda tiffoka l-prijorità tagħha fuq il-familja.

John Lee, li huwa ċ-Chief Secretary ta’ Hong Kong jidher li huwa l-favorit li jieħu post Lam. Il-mexxejja ta’ dan it-territorju jiġu magħżula minn kumitat żgħir ta’ 1,500 membru li kważi kollha huma lealisti ta’ Beijing. L-għażla ta’ kap ġdid issa mistennija li ssir ix-xahar li ġej.

Sport