Friday, December 27, 2024

Caruana tgħid li r-riżenja kienet pass importanti biex tiddefendi r-reputazzjoni

Aqra wkoll

Justyne Caruana rriżenjat minn Ministru għall-Edukazzjoni. Fi stqarrija, l-Gvern qal li f’laqgħa li saret aktar kmieni, hija infurmat lill-Prim Ministru Robert Abela bir-riżenja tagħha. Il-Prim Ministru aċċetta din ir-riżenja.

Intant, fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, Justyne Caruana qalet li daħlet fil-politika biex isservi u li qatt ma kienet marbuta mas-siġġu tal-poter. Qalet li għalhekk ħasset li r-riżenja tagħha kienet l-aħjar deċiżjoni fil-mument għall-Gvern u għall-Partit Laburista. 

“Minkejja dan irrid ngħid li qed nikkontesta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika bid-dritt li tagħtini l-liġi. Mhux l-inqas il-proċedura li ntużat. Għalhekk permezz tal-avukati tiegħi bdejt proċeduri quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali taghha. 

“Anke’ jekk mhux se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss inqis dan il-pass importanti biex niddefendi r-reputazzjoni tiegħi u tal-familja tiegħi. Fuq kollox biex kull istituzzjoni f’pajjiżna taħdem b’rispett lejn il-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja,” temmet tgħid Caruana. 

Ekonomija

Sport