Il-klabb ta’ Cristiano Ronaldo, Al Nassr qed iħares lejn il-midfielder ta’ Manchester United Casemiro, skont rapport minn sit elettroniku Spanjol.
Il-Brażiljan ta’ 33 sena qed joqrob lejn l-aħħar xhur tal-kuntratt tiegħu f’Old Trafford hekk kif se jiskadi matul is-sajf li ġej. Manchester United mistennija li jikkunsidraw offerti għal dan l-ex-stilla ta’ Real Madrid biex jiġbru fondi għal iktar akkwisti futuri, minkejja li mhumiex mistennija jirkupraw il-€70 miljun li investew fuqu fl-2022.