F’għeluq l-40 sena mit-twaqqif ta’ Modelle International ġie ċċelebrat festin fejn irrikonoxxa bosta mudelli tul dan iż-żmien fejn Sue Rossi mexxiet diversi attivitajiet fil-qasam tal-moda u s-sbuħija.
Numru kbir ta’ mudelli u kumpaniji ta’ bosta prodotti li kienu parti min Modelle International kienu preżenti, u bosta nies oħra, bħal Claudia Calleja li għal dawn l-aħħar 30 sena kienet ukoll parti mill-aġenzija.
Sue Rossi qalet li għalkemm dan is-settur mhux daqshekk faċli imma bil-ħidma kontinwa u grazzji għall-mudelli u sponsors ikun possibli biex dejjem jinżamm livell għoli.
“Inħossni kbirt mal-istess aġenzija li proprju bdejt ta’ etá żgħira fejn jien stess kont mudella u bqjat nikber matul iż-żmien li għadda.”
Fil-fatt ħabbret ukoll li Modelle International ħa tkabbar tim magħha fejn ħa jkun hemm aktar attivitajiet fil-ħames snin li ġejjin. Grazzi għal Etienne Bartolo, Kurt Pisani u Naomi Dingli li se jkunu parti minn Modelle International, flimkien ma’ Sue biex titkompla aktar ħidma reali għal dan is-settur.
Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għar-raġel Frank u t-tfal Valentina u Dean li kienu hemm dejjem b’sapport kontinwu.