Monday, December 23, 2024

Ċerifikat ta’ riżultati pożittivi għall-Korp tal-Pulizija

Aqra wkoll

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għadu kif ippubblika rapport ta’ segwitu (Follow-up AuditnReport) li jkopri attivitajiet relatati ma’ awditjar fuq entitajiet tal-Gvern, fosthom il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

L-iskop ta’ dan l-eżeċizzju (fejn jikkonċerna l-Korp tal-Pulizija) kien li jsegwi u jirrapporta fuq kontrolli interni eżerċitati mill-Korp, b’rabta man-nefqa fuq sahra u allowances.

L-eżerċizzju ta’ awditjar oriġinali kien twettaq mill-NAO fl-2020. Dak iż-żmien, l-imsemmi Uffiċċju kien enfasizza oqsma li jeħtieġu titjib. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jinnota b’sodisfazzjon li fir-rapport ta’ segwitu ppublikat fl-aħħar jiem, l-NAO kopra t-tmien oqsma kollha ta’ nuqqasijiet oriġinarjament identifikati fl-eżerċizzju tal-2020 flimkien mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi u jikkonferma li l-Korp
implimenta 100% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO.

Ir-rapport, fost oħrajn ifaħħar l-introduzzjoni tal-Istaffing & Major Events Unit. Dan il-Unit illum jamministra sistema waħda diġitali u ċentralizzata dwar dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ skjerament u ħinijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp, inkluż sahra.

L-NAO jikkummenta wkoll b ’mod pożittiv dwar il-ħidma mwettqa mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-Korp, li permezz tiegħu ssaħħew irrakkomandazzjonijiet marbuta mad-diġitalizzazzjoni fi ħdan id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani (HR) tal-Korp.

B’rabta mad-diġitalizzazzjoni, ta’ min wieħed isemmi li l-Korp tal-Pulizija waqqaf ukoll b’suċċess idDigital Policing Unit. Dan l-Unit huwa inkarigat li jimplimenta Riżultat Strateġiku 2 mill-Istrateġija tatTrasformazzjoni (2020-2025) – it-tqegħid tad-data u t-teknoloġija fiċ-ċentru tal-operazzjonijiet kollha tal-Korp, bl-għan aħħari jkun li permezz ta’ proċessi diġitali jitnaqqsu l-iżbalji u tiżdied l-effiċjenza.

Fil-konklużjonijiet tar-rapport, l-NAO jirrimarka li nnota b’mod pożittiv l-isforzi tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha. Filwaqt li jikkonferma li t-trasformazzjoni diġitali mwettqa mill-Korp fl-aħħar snin tejbet b’mod sinifikanti l-preċiżjoni u t-trasparenza fir-rigward tar-reġistrazzjoni tas-sigħat tax-xogħol u l-ipproċessar tal-pagi. Din l-inizjattiva ssimplifikat ukoll ilproċessi tar-riżorsi umani, tejbet l-immaniġjar tad-data u saħħet l-effiċjenza b’mod ġenerali.

Ekonomija

Sport