Saturday, December 21, 2024

Ċertifikat għal dawk li ma jistgħux jitlaqqmu għall-Covid-19 minħabba xi kundizzjoni medika

Aqra wkoll

Persuni li minħabba xi kundizzjoni medika ma jistgħux jitlaqqmu għall-Covid-19, se jkunu jistgħu jidħlu f’postijiet fejn iċ-ċertifikat tat-tilqim hu obbligatorju permezz ta’ ċertifikat speċifiku skont is-sitwazzjoni tagħhom.

Dan iċ-ċertifikat maħruġ mis-Supretendenza tas-Saħħa jista’ jiġi ppreżentat minn dawn il-persuni f’każi li huma rari biex ikunu jistgħu jaċċessaw postijiet meqjusin bħala mhux essenzjali.

Dan iċ-ċertifikat jista’ jinkiseb permezz ta’ talba fuq is-sit [email protected]. Kull talba, li tista’ ssir bil-preżentazzjoni ta’ ċertifikat mingħand il-professur tal-individwi inkwistjoni, se tkun qiegħda tiġi evalwata minn tim ta’ esperti. Dawn l-esperti jevalwaw il-kundizzjonijiet mediċi ppreżentati lilhom u minn hemm tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk il-persuna għandhiex tiġi eżentata milli titlaqqam bil-booster.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa spjega wkoll li nisa li għandhom sa 12-il ġimgħa tqala huma eżentati wkoll mit-tilqim u jistgħu jippreżentaw ċertifikat tat-tabib tagħhom li juri li qed jistennew tarbija. Huwa appella lil dawn in-nisa biex jitlaqqmu ladarba jaqbżu dan il-perjodu.

Ekonomija

Sport