Sunday, December 22, 2024

Ċertifikat ieħor pożittiv għal paјјiżna… Ikkonfermata rating ta’ A-

Aqra wkoll

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard & Poor’s, Aġenziјa ta’ kreditu internazzјonali kkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna A-, bi prospetti stabbli għal pajjiżna.

Ta’ min јgħid li dan huwa l-aqwa livell ta’ rating li din l-aġenzija tat lil Malta fl-aħħar għaxar snin.

Ekonomisti internazzjonali u indipendenti sostnew li l-ekonomija Maltija qed tikber b’mod b’saħħtu.

L-esperti nnotaw li t-tkabbir ekonomiku huwa dovut minħabba żieda qawwija fit-turiżmu u konsum privat, li huwa b’saħħtu wkoll.

Għal din l-aħbar pożittiva, irreaġġixxa l-PM Robert Abela permezz tal-pjattaforma soċjali X. Qal li f’ġimgħa ta’ żieda fl-inċertezza globali, Malta ġabet ċertifikat ieħor pożittiv.

Dr Abela nnota li l-aġenzija internazzjonali semmiet id-deċiżjoni li ħa l-Gvern, il-prezzijiet tal-enerġija baqgħu stabbli. Waqt li semma li t-tkabbir ekonomiku lokali huwa reżiljenti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport